Lokali

MISTERU TA’ 11-IL SENA: Storja makabra li xxukjat pajjiż

Mistennija jgħaddu ġimgħat sakemm il-Pulizija jkollhom ir-riżultati finali tad-DNA fil-każ tal-fdalijiet umani li nstabu fil-Belt fi tmiem il-ġimgħa, u li kollox jindika li huma ta’ Charlene Farrugia – mara li kienet rappurtata nieqsa 11-il sena ilu.

Kif ġie rrappurtat ilbieraħ f’In-Nazzjon, it-testijiet tad-DNA jieħdu ż-żmien sakemm ikunu konklużi. U sakemm jgħaddi daż-żmien il-Pulizija qed jissoktaw bl-investigazzjonijiet intensivi sabiex jistabbilixxu l-fatti kif ġraw.

Sorsi qed jindikaw li Farrugia kienet ġiet maqtula fl-appartament tagħha f’San Pawl il-Baħar. Wara, il-katavru allegatament tqatta’ biċċiet u ġie mormi f’boroż. Fil-fatt, fis-sejba tagħhom il-Pulizija rkupraw biss partijiet tal-ġisem tagħha.