Futbol Sport

Napoli jistgħu jilagħbu kontra Juventus fil-Coppa Italia fil-finali biss

(Ritratt: Lega Serie A)

Polza favorevoli għal Napoli li fil-Coppa Italia se jkunu jistgħu jiltaqgħu kontra ċ-champions Taljani Juventus fil-finali biss. Huma telgħu fl-ewwel polza, Juventus fit-tieni polza

B’kollox se jkun hemm 78 klabb li ġejjin mis-Serie A u s-Serie B, 29 klabb mil-Lega Pro u disa’ timijiet oħra mil-Lega Nazionale Dilettanti. Dawn it-timijiet se jkunu kollha pożizzjonati f’postijiet min-numru 1 san-numru 78, bil-kompetizzjoni tibda fl-4 ta’ Awwissu bl-ewwel rawnd fejn jibdew ikunu eliminati t-timijiet sakemm jaslu għall-finali li tintlagħab fit-13 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla.

Il-logħbiet sal-kwarti tal-finali se jintlagħbu fuq logħba waħda. B’kollox hemm Napoli, Juventus, Milan, Inter, Atalanta, Torino, Roma u Lazio li huma seeded u se jidħlu mill-fażi tal-aħħar 16 li jintlagħbu fil-15 u t-22 ta’ Jannar 2020 hekk kif jilagħbu kontra dawk li kkwalifikaw mir-raba’ rawnd.

B’hekk teżisti possibbiltà li fil-kwarti tal-finali jkun hemm il-logħba Juventus u Roma filwaqt li Lazio li rebħu l-Coppa Italia fl-istaġun li għadda, jistgħu jiltaqgħu kontra Napoli jew kontra Inter jew Atalanta fis-semifinali. Id-derby ta’ Ruma u Milan mhux possibbli li jintlagħbu jekk mhux fil-finali. Juventus u Torino jistgħu jiltaqgħu kontra xulxin fis-semifinali.