Fl-4 ta’ Lulju twaqqfet ufficjalment l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Inġiniera Professjonali, l-MAPE, biex isservi ta’ unjin għall-inġiniera bil-warrant fl-oqsma tal-Inġinerija Elettrika, Mekkanika u tal-ICT. Din ġiet irreġistrata bħala trade union mad-Dipartiment tal-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali u b’hekk twaqqaf ukoll il-kunsill tal-unjin.
Il-fundaturi jqisu t-twaqqaf ta’ din il-unjin bħala pass iehor importanti fl-iżvilupp tal-professjoni tal-Inġiniera f’Malta, fid-dawl li l-professjoni tal-inġiniera qed taffaċja sfidi partikolari… bħall-abbuż tat-titlu ta’ inġinier.
Għahekk il-ħtieġa li jiffurmaw unjin għall-protezzjoni tal-inġiniera u s-soċjetà inġenerali, kif spjega aħjar l-President tal-Unjin, l-Inġinier Arthur Ciantar
“Li hemm ħażin huwa li jsir abbuż mit-titlu u l-professjoni tal-inġiniera. Irridu naraw li min hu inġinier, ikun irreġistrat skont il-liġi, skont l-Engineering Profession Act, kif tistipula l-liġi. Jekk int inġinier, mela għandu jkollok il-warrant. Min m’għandux warrant, mhuwiex inġinier iżda huwa gradwat fl-inġinerija, bħal kull professjoni oħra. L-inġiniera gradwati għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Engineering Profession Act biex jissejjaħ inġinier.”
Huma jattribwixxu dawn ix-xejriet imprevedibbli għall-ingaġġ ta’ nies, kemm minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha, bħala Inġiniera mingħajr il-warrant u l-kwalifiċi neċċessarji.
Il-Unjin tal-Inġiniera qegħda ssegwi b’kawtela ukoll l-iżviluppi fis-settur tal-kostruzzjoni u se tara li tiltaqa’ mal-imsieħba ewlenin fis-settur biex jiġu indirizzati anomaliji relatati mal-Building Services Engineering. Huma se jkunu qed jikkontribwixxu ukoll fil-proċess ta’ konsultazzjoni għall-abbozz il-ġdid li se jirregola il-professjoni tal-Inġiniera, sabiex jinżammu u jiġu msaħħa l-istandards għoljin diġà stabbiliti.
Fid-dawl tad-domanda dejjem togħla għall-inġiniera mħarrġa u kkwalifikati fl-ekonomija Maltija, kawża tal-iżvilupp dejjem mgħaġġel f’sistemi modernizzati ta’ inġinerija, il-unjin se tara li l-Gvern jagħmel l-investiment tant meħtieġ fis-settur.
Filwaqt li ħeġġet lill-inġiniera biex jissieħbu magħha, il-unjin qed tħejji biex tissieħeb mal-Forum Union Maltin biex issaħħaħ il-vuċi tagħha fil-qasam trejdunjonistiku.
//= $special ?>