Numru ta’ persuni kellhom jingħataw l-assistenza medika minħabba nar qawwi li ħakem barra l-binja tal-RTK, fil-Blata l-Bajda.
Il-każ seħħ ftit wara nofsinhar meta vettura ħadet in-nar u nfirex għal żewġ vetturi oħra li kienu pparkjati biswitha. Il-karozzi huma ta’ impjegati tal-istess stazzjon.
In-nar qawwi għamel ħsara wkoll fil-faċċata tal-binja tal-RTK, b’ammont ta’ duħħan li daħal fuq ġewwa tal-binja.

Mill-inqas persuna ttieħdet l-isptar minħabba ammont ta’ duħħan li belgħet. Fil-post kien hemm kemm ambulanza kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-istaff ta’ Media.Link Communications jesprimi solidarjetà mal-impjegati affettwati.
