Lokali

500 jixħtu l-vot waqt il-votazzjoni kmieni – terz tal-votanti eliġibbli

500 Kunsillier ivvotaw waqt il-votazzjoni kmieni li saret l-Erbgħa waranofsinhar fid-Dar Ċentrali u fil-Kwartieri tal-PN f’Ta’ Sannat, Għawdex b’rabta mal-Kunsill Ġenerali Straordinarju tas-Sibt li ġej.

Minn ċifri tal-Kummissjoni Elettorali mmexxija minn Francis Zammit Dimech, jirrizulta li 404 ivvotaw f’Malta u 96 ivvotaw f’Għawdex. Dan hu ftit iktar minn terz tal-1496 votant eliġibbli.

Il-Kunsill Generali Straordinarju issejjah mill-Kap tal-PN Adrian Delia wara li kien hu stess li invoka Artiklu 30 tal-istatut. Anke d-domanda maqbula fl-Ezekuttiv hija dik li propona l-Kap tal-PN.

Il-kunsillieri qed jivvutaw IVE jew LE ghall-mistoqsija; “Trid li jkun Adrian Delia li jibqa’ jmexxi l-PN sal-elezzjoni ġenerali li jmiss?”

Il-votazzjoni tas-Sibt li ġej, li se ssir fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà waqt is-sessjoni tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju, se ssir bejn l-10 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija.

Huwa importanti li sabiex wieħed ikun jista’ jivvota, kemm jiehu dokument ta’ identifikazzjoni, preferibbilment il-karta tal-identità, la darba jkollu t-tessera għall-2019 imħallsa.

Il-Kunsillieri kellhom ċans sa l-Erbgħa f’nofsinhar biex iġeddu t-tessera u jħallsuha.

Il-process kollu qed qed isir taht is-supervizjoni tal-Kummissjoni Elettorali immexxija minn Francis Zammit Dimech.