Lokali

56 kuntistabbli ġdid fil-Korp tal-Pulizija

56 huma l-kuntistabbli ġodda fil-Korp tal-Pulizija…43 raġel u 13-il mara. Dawn gradwaw wara kwazi 4 xhur ta’ taħriġ taht it-tmexxija ta’ Christine Cutajar u Francis Debono.

Din l-okkażżjoni speċjali għal dawn il-pulizija u l-qraba tagħhom kienet iċċelebrata f’Sant’Iermu…ċerimonja gwidata mill-ispettur Justin Camilleri, fejn preżenti wkoll kien hemm il-Banda tal-Korp tal-Pulizija taħt id-direzzjoni tal-Assistent Kummisarju Anthony Cassar.

Kienu premjati Maria Tabone u Sarah Jane Ellul li kisbu l-għola marki fis-suġġetti akkademiċi u prattiċi. Jan Saliba kien premjat bħala r-rekluta li l-aktar iddistingwa ruħhu matul il-kors ta’ taħrig.

Indirizzaw lil dawk prezenti il-Kummisarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar u l-Ministru tal-Intern Michael Farrugia. Il-Ministru qal li fix-xhur li ġejjin, il-Pulizija se jkollhom uniformi ġdida… dan filwaqt illi stqarr li l-kriminalita’ f’Malta qed tonqos – fatt li zgur jikkuntrasta mar-realtajiet li qed ihossu l-familji f’diversi lokalitajiet.

Intant, il-Ministru kkonferma li fil-ġranet li ġejjin se jibda l-Community Policing…inizzjattiva li kien ilu xhur jinsisti fuqha l-PN.