L-attakkant ta’ Real Madrid Marco Asensio hu mistenni jagħmel diversi xhur nieqes mill-azzjoni wara li qata’ l-ligament ta’ wara tal-cruciate fl-irkoppa x-xellugija waqt il-partita ta’ ħbiberija kontra Arsenal fl-Istati Uniti.
Il-winger Spanjol skorja l-gowl tad-draw fit-tieni taqsima qabel siequ dehret taqbad mal-ħaxix wara dwell ma’ Pierre-Emerick-Aubameyang mas-siegħa logħob. Hu ttieħed fuq stretcher, bit-tobba jiżvelaw il-ħsara tal-injury tiegħu.
Fi stqarrija, Real Madrid ikkonfermaw l-injury ta’ Asension u qalu li se jkun operat fil-jiem li ġejjin. L-injury jista’ jħawwad il-pjanijiet tal-kowċ Zinedine Zidane hekk kif fosthom Dani Ceballos kien qrib li jingħaqad ma’ Arsenal. Il-futur ta’ Gareth Bale ukoll għadu mhux ċert, b’Zidane jikkonferma li l-klabb qed jaħdem fuq it-tluq tiegħu.
//= $special ?>