Futbol Sport

Atletico Madrid jagħmlu talba biex jimblokkaw ir-reġistrazzjoni ta’ Griezmann

(Ritratt: EPA)

Il-President ta’ La Liga Javier Tebas qal li Atletico Madrid talbu lill-kampjonat biex jimblokkaw ir-reġistrazzjoni ta’ Antoine Griezmann ma’ Barcelona wara l-kwistjoni li nqalgħet b’rabta mal-klawsola tiegħu. Barcelona akkwistaw lill-Franċiż rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja l-ġimgħa l-oħra u fi stqarrija kienu qalu li ħallsu l-klawsola ta’ €120 miljun biex hu jinħall mill-kuntratt.

Iżda Atletico qed jinsistu li mhux biżżejjed u qalu li Griezmann kien laħaq ftehim ma’ Barcelona qabel l-1 ta’ Lulju meta l-klawsola tiegħu kienet €200 miljun. Griezmann għamel id-debutt ma’ Barcelona fit-telfa ta’ 2-1 li kellhom kontra Chelsea, bil-President Tebas jispjega li hemm possibbiltà li dan iseħħ.

“Atletico kitbu lilna u poġġew dubju jekk għandniex nagħtu l-permess li Griezmann jilgħab ma’ Barcelona. Hemm mekkaniżmu li tpoġġa u se jkunu l-organizzazzjonijiet li jridu jsolvu s-sitwazzjoni. Aħna ma għandniex l-element ta’ ġudizzju,” qal Tebas.