Manchester United Supporters Club Malta – MUSC – bi pjaċir tħabbar li hija ffirmat ftehim esklussiv ma’ IZIBET, l-ikbar netwerk ta’ mħatri tal-isports u sportsbook onlajn f’ Malta.
Permezz ta’ dan il-ftehim ta’ sponsorizzazzjoni, IZIBET se jkun l-imsieħeb uffiċjali tal-gaming tal-eqdem supporters club ta’ Manchester United fid-dinja. Dan se jibda b’effett immedjat, ġimgħat qabel il-bidu tal-kampjonati tal-futbol Ewropej.
Il-ftehim jipprovdi firxa ta’ benefiċċji għall-klabb innifsu kif ukoll għall-membri tiegħu tal-klabb.
Is-Sur Franco Degabriele – Direttur għall-Iżvilupp tan-Negozju ta’ IZIBET, irringrazzja lill-MUSC għax-xogħol siewi tagħhom fl-isforz li jkomplu jipprovdu eskulssività f’Malta lil wieħed mill-aktar klabbs tal-futbol prestiġjużi tad-Dinja. Hu esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jassoċja ruħu ma’ dan il-klabb. “Aħna konxji ħafna tal-fatt li l-MUSC huwa wieħed mill-klabbs tal-partitarji ewlenin tal-futbol għar-Red Devils madwar id-dinja”
Hu faħħar il-passjoni u d-dedikazzjoni tal-klabb lejn il-membri tiegħu, membri li huma rrappreżentati bl-aħjar mod possibbli f’Malta, fejn eluf ta’ nies isegwu t-tim.
L-isponsorjar jifforma parti integrali mill-istrateġija tal-kumpanija biex toqrob lejn is-segwaċi tal-futbol u tipprovdilhom l-aħjar servizz ta’ mħatri fuq l-isport, kompla d-Direttur għall-Iżvilupp tan-Negozju ta’ IZIBET.
Joe Tedesco, President tal-MUSC Malta, esprima s-sodisfazzjon tal-klabb li kkonkludu dan il-ftehim hekk kif il-klabb qed jiċċelebra s-60 sena Anniversarju mit-twaqqif tiegħu, “Aħna kuntenti ħafna li ffirmajna dan il-ftehim ta’ sponsorizzazzjoni ma’ IZIBET” – komla jgħid il-President tal-MUSC Malta.
IZIBET se tkun qed tappoġġja diversi inizjattivi organizzati mill-klabb tat-team minn Manchester.
L-IZIBET se jkun qed jappoġġja finanzjarjament lill-klabb imma wkoll jgħin fit-twettiq ta’ numru ta’ attivitajiet li minnhom jibbenefikaw in-numru dejjem jikber ta’ membri fi ħdan il-MUSC.
“Il-fatt li IZIBET għażel li jassoċja ruħu mal-klabb tagħna huwa xhieda tax-xogħol iebes li l-kumitat tagħna qed jagħmel għall-benefiċċju tal-Klabb.” – temm jgħid Joe Tedesco.
//= $special ?>