Futbol Sport

AĠĠORNATA: Gżira Utd bl-ewwel sessjoni ta’ taħriġ

Ftit tal-ħin ilu saret spezzjoni tal-grawnd fejn se jitħarrġu Gzira United F.C. Il-grawnd ta’ FK Liepāja kien disponinibbli għal Gżira hekk kif dan il-klabb jinsab fl-Iżvezja għal logħba tal-UEFA Europa League li tintlagħab għada kontra IFK Norrkoeping.

Għalhekk Gżira għażlu li jitħarrġu hawn biex b’hekk iffrankaw vjaġġ ta’ sagħtejn lejn Ventspils, fejn jilgħabu għada. B’hekk iffrankaw vjaġġ twil għall-plejers li ngħataw iktar ħin ta’ mistrieħ. Sadattant kemm il-kowċ Giovanni Tedesco u l-President Sharlon Pace waslu Riga ftit tal-ħin ilu.

Aktar kmieni

Gżira United illum se jkunu qed jitħarrġu fil-grawnd ta’ Liepaja, minflok dak ta’ Ventspils f’decizjoni li ttiehdet ftit tal-ħin ilu. Dan hekk kif id-dirigenti tal-klabb xtaqu jevitaw vjaġġ itwal għall-plejers u b’hekk dawn ikunu iktar trankwilli u jingħataw iktar ħin ta’ mistrieħ.

Għall-istess raguni mhux se ssir lanqas il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ llum, bil-kowċ Giovanni Tedesco li jinsab fuq titjira lejn il-Latvja f’dan il-mument. Hu mistenni jasal madwar nofs siegħa oħra.

Net News se jkun qed jagħti aġġornament dwar il-plejers disponibbli mill-iktar fis possibbli.