Wara li l-Ministru Carmelo Abela, fil-11 ta’ Lulju, f’Londra fejn kien ħabbar li l-Gvern, wara li spicca dahru mal-hajt, se jkun qed jordna inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Madanakollu, il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ qatt ma tkellem dwar dan u baqa’ qatt ma qal meta se tibda din l-inkjesta, minkejja l-pressjoni kbira mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-Oppozizzjoni Nazzjonalista.
Staqsejna lill-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, meta ser tkun qed tibda din l-inkjesta indipendenti… iżda bqajna bla data.
F’Ottubru li għadda, il-Kap tal-PN Adrian Delia insista li għandha ssir din l-inkjesta pubblika u indipendenti b’mod immedjat – xi ħaġa li Muscat baqa’ jinjora, sakemm waslet iċ-ċanfira iebsa u diretta minn naħa tal-Kunsill tal-Ewropa.
Il-Partit Nazzjonalista innota li fl-aħħar il-Gvern sab ir-rieda sabiex jagħmel dak li jmissu għamel hekk kif inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u jistenna li jinħatar bord ta’ inkjesta li ma jkollu l-ebda tebgħa politika. B’hekk biss ikun qiegħed iseħħ dak li s-saltna tad-dritt titlob… dan minkejja li l-Gvern xorta waħda għadu sal-lum ikaxxkar saqajh.Il-ħtieġa li ssir din l-inkjesta toħroġ mir-rapport iebes tal-Kunsill tal-Ewropa, għalkemm il-Prim Ministru Muscat xorta baqa’ jinsisti li jrid jieħu parir tal-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>
