Sport Sport Ieħor

Imut il-boxer Russu Maxim Dadashev fl-età ta’ 28 sena

(Ritratt: Scott Taetsch/Getty Images)

Il-boxer Russu Maxim Dadashev miet fl-età ta’ 28 sena kawża tal-injuries li sofra waqt ġlieda l-Ġimgħa filgħaxija. Dadashev li kien jinsab f’koma wara t-telfa kontra Subriel Matias ta’ Puerto Rico, għadda minn operazzjoni f’Maryland minħabba dmija li kellu f’moħħu.

Il-kowċ tiegħu Buddy McGirt waqqaf il-ġlieda mill-kategorija super lightweight fil-11-il rawnd, qabel Dadashev irremetta hu u dieħel fid-dressing room u ħalla l-post fuq stretcher. Il-boxer li twieled f’St Petersburg ma kienx għadu tilef fi 13-il ġlieda qabel il-ġlieda tal-Ġimgħa.

Il-President tal-Federazzjoni Russa tal-Boxing Umar Kremlev qal li m’hemmx kliem għal din l-aħbar u żied li l-Federazzjoni se tkun qed tistħarreġ iċ-ċirkustanzi b’rabta mal-mewt tiegħu. Il-Federazzjoni Russa se tkun qed tħallas għall-funeral ta’ Dadashev kif ukoll tikkumpensa lill-familja tiegħu.

Tags