Lokali Qorti

Meħlusa mill-akkużi wara li kien instab għadam uman mormi fi skip

Disa’ impjegati taċ-Ċimiterju tal-Addolorata nħelsu mill-akkużi li ramew fdalijiet umani fi skips quddiem l-istess ċimiterju, f’Raħal Ġdid. Il-każ kien seħħ fl-2011.

Fil-Qorti kien instema’ kif ftit qabel seħħ il-każ, il-ħaddiema kienu tqabbdu jnaddfu qabar li kien ta’ membru ta’ ordni reliġjuż.

B’kollox ġew akkużati 10 irġiel, li kienu responsabbli mit-tindif tal-oqbra, b’wieħed minnhom miet qabel inqatgħet is-sentenza.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia qalet li ma kienx hemm provi biżżejjed kontra l-irġiel u qalet li hemm dubji serji jekk l-irġiel kollha jew uħud minnhom kienu involuti f’dal-każ. Il-Maġistrat qalet li lanqas kien hemm biżżejjed provi li l-qabar kienx tnaddaf mill-akkużati.

Fl-isfond ta’ dan il-Qorti ma sabitx lill-irġiel ħatja.