Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Minn ‘backbencher’ lura għal Ministru

Joseph Muscat jinnomina lil Helena Dalli għal Kummissarju Ewropew

Wara li naqas li jiġi elett minn 2 distretti fl-aħħar elezzjoni ġenerali u kien kostrett jibqa’ fil-backbench, id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis ingħata promozzjoni mill-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif ħatru bħala Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.

Dan fid-dawl li l-Ministru uxxenti, Helena Dalli, kienet kostretta tirriżenja għaliex il-Prim Ministru nnominaha għall-Kummissarju Ewropew.

Issa hu mistenni li l-President nominat tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola von der Leyen, tagħti l-portafoll lill-membri nnominati tal-Kummisjsoni Ewropea, inkluża Helena Dalli.

Wara dan, issir interogazzjoni mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew tal-portafoll rispettiv. Wara li l-Kummissjari kollha nominati jgħaddu mill-eżercizzju tal-interogazzjoni, is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropa tivvota u teleġġi lill-membri tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-5 snin li ġejjin.