Lokali

Raġel jindarab gravi wara li waqa’ minn trakk

Raġel mill-Mellieħa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn fuq trakk.

Il-każ seħħ ftit qabel is-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq Lapsi, fis-Siġġiewi, meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 43 sena waqa’ minn fuq it-trakk waqt li kienet qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.