Lokali Qorti

Sirjan jingħata sentenza sospiża wara li nstab ħati ta’ fastidju fuq bintu

Mhux ħati ta' ħames akkużi oħra li kien qed jaffaċja

Raġel Sirjan ta’ 55 sena ngħata sentenza sospiża ta’ disa xhur ħabs wara li nstab ħati li iffastifja lil bintu u lil numru ta’ uffiċjali tal-Aġenzija Appoġġ.

Il-Qorti iżda, preseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, ma sabitx lil Aswid Abdalla ħati ta’ theddid. Fil-fatt, hu kien qed jiġi akkużat li hedded
bl-użu ħażin ta’ mezzi elettroniċi ta komunikazzjoni, u permezz ta’ użu ta’ WhatsApp.

Is-Sirjan kien akkużat ukoll li hedded li se jagħmel xi reat, u li kiser protection order – liema akkużi ma nstabx ħati tagħhom.

Il-każ imur lura għas-Sajf ta’ sentejn ilu, iżda l-istorja kienet ilha għaddejja numru ta’ xhur. Fost dawk li taw ix-xiehda tagħhom kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti, li spjega kif is-Sirjan kien qiegħed jiffastidja lil bintu li tinsab taħt care order.

Grixti stqarr li Aswid ma kienx aggressiv fl-atteġjament tiegħu, iżda kien persistenti ħafna.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti xorta poġġiet lill-imputat taħt ordni ta’ trażżin.

Għall-akkużat dehru l-avukati Veronica Anne Spiteri u Alison Wadge.