Lokali

Taljan ferut gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt: Martin Agius

Taljan sofra feriti serji wara inċident ikrah li seħħ fiż-Żurrieq matul il-lejl li għadda, bir-raġel jittieħed l-Isptar b’urġenza.

II-każ seħħ matul dan il-lejl għall-ħabta tat-0245am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fil-post fejn irriżulta li l-ħabta seħħet bejn Ford Fiesta misjuqa minn Ingliż ta’ 19-il sena residenti Marsaskala u mutur Honda misjuq minn Taljan ta’ 25 sena residenti ż-Żurrieq stess.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lit-Taljan l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.