Lokali

Jinstab ir-raġel li kienet għaddejja t-tfittxija għalih f’Marsalforn

Instab ir-raġel li fl-aħħar sigħat kienet għaddejja t-tfittxija għalih fl-inħawi ta’ Marsalforn.

Ir-raġel, Kenny Davidson Marvin, ta’ 27 sena ta’ nazzjonalità Ingliża imma residenti Għawdex, instab qawwi u sħiħ f’karozza, hekk kif b’xi mod irnexxielu jitla mill-ilma waħdu.

Kmieni dalgħodu kienet għaddejja tfittxija fuq il-baħar għar-raġel fl-inħawi ta’ Marsalforn Għawdex mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Filfatt fl-aħħar siggħat intlemaħ helicopter tal-AFM idur fuq il-baħar fiż-żona u minn informazzjoni li għandu Net News, l-armata kienet qed tfittex persuna li ntlemħet fil-baħar għall-ħabta tas-1.45am.

Fiz-zona ta’ ħdejn il-pitch tal-Otters laħqu nġabru għadd ta’ persuni jsegwu dak li kien qed jiġri, u fuq il-post waslet ukoll id-dgħajsa tal-AFM Melita 2.

Jidher li matul il-lejl ir-raġel kien intlemaħ iżżomm ma’ baga bil-baħar iżda wara xi ħin hu ma deherx aktar.