Fil-5pm fetħet il-votazzjoni b’rabta mal-Kunsill Ġenerali Straordinarju li se jlaqqa’ il-PN nhar is-Sibt li ġej – votazzjoni li qed issir kemm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà kif ukoll fil-kwartieri tal-Partit f’Ta’ Sannat Għawdex.
Il-votazzjoni bikrija li qed issir illum, se tagħlaq fit-8pm fiż-żewġ postijiet.
B’kollox huma 1,496 dawk eleġibbli li jivvutaw.
Il-Kunsill Ġenerali Straordinarju issejjah mill-Kap tal-PN Adrian Delia wara li kien hu stess li invoka Artiklu 30 tal-istatut. Anke d-domanda maqbula fl-Eżekuttiv hija dik li propona l-Kap tal-PN.
Il-votazzjoni tas-Sibt li ġej, li se ssir fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà waqt is-sessjoni tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju, se ssir bejn l-10am u s-6pm.
Il-proċess kollu qed qed isir taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni Elettorali immexxija minn Francis Zammit Dimech.
