Matteo Trentin rebaħ is-17-il stadju tat-Tour de France filwaqt li Julian Alaphilippe baqa’ fil-kmand tal-klassifika ġenerali. Trentin li għandu 29 sena, kien parti mill-grupp li nqata’ minn mal-grupp fl-istadju twil 206 kilometri, qabel attakka fl-aħħar telgħa. It-Taljan rebaħ stadju għat-tielet darba u l-ewwel wieħed mill-2014.
Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Geraint Thomas spiċċa mal-grupp u b’hekk baqa’ minuta u 35 sekonda wara Alaphilippe. Dan l-istadju ra lil sieħeb Thomas ma’ Team Ineos Luke Rowe u Tony Martin ta’ Jumbo-Visma skwalifikat mit-telleqa wara argument bejn iż-żewġ captains.
It-tellieqa timxi għal stadji fl-Alpi li jiddeċiedu r-rebbieħ, qabel l-istadju tal-Ħadd li ħafna drabi tkun formalità għar-rebbieħ. B’distakk minimu ta’ 39 sekonda bejn Thomas li jinsab it-tieni u l-Ġermaniż Emanuel Buchmann li jinsab fis-sitt post, il-battalja fil-muntanji probabbilment tiddetermina r-rebbieħ ta’ din is-sena.
Il-Ħamis imiss stadju ta’ 208 kilometru minn Embrun sa Vallorie, biċ-ċiklisti se jkollhom erba’ tlajja’ u fosthom jitilgħu fil-quċċata ta’ Col d’Izoard u Col du Galibier.
Kif spiċċaw is-17-il stadju: 1. Matteo Trentin (4:21.36), 2. Kasper Asgreen (+0.37), 3. Greg van Avermaet (+0.41), 4. Bauke Mollema (+0.41), 5. Dylan Teuns (+0.41), 6. Gorka Izaguirre (+0.41), 7. Daniel Oss (+0.44), 8. Pierre Luc Perichon (+0.50), 9. Toms Skujins (+0.50), 10. Jesus Herrada (+0.55)
Klassifika Ġenerali: 1. Julian Alaphilippe (69:39.16), 2. Geraint Thomas (+1.35), 3. Steve Kruijswijk (+1.47), 4. Thibaut Pinot (+1.50), 5. Egan Bernal (+2.02), 6. Emanuel Buchmann (+2.14), 7. Mikel Landa (+4.54), 8. Alejandro Valverde (+5.00), 9. Rigoberto Uran (+5.33), 10. Richie Porte (+6.30)
//= $special ?>