Lokali

Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia lejliet vot importanti fil-Kunsill Ġenerali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jiċħad il-gidba malizzjuża li ntqalet dwaru li ma’ kellux biex iħallas il-loan fuq id-dar privata tiegħu u li se jkunu qed jeħdulu d-dar. Hija wkoll gidba li ma wettaqx il-pagament dovut fil-ħin meta ġie infurmat personalment.

Dan huwa każ ieħor f’sensiela ta’ attakki personali fil-konfront tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista ftit sigħat qabel vot importanti tal-Kunsill Ġenerali straordinarju minn blogger li ilu għal dawn l-aħħar xhur jipprova jattakka l-kredibbiltà ta’ Adrian Delia minn meta ġie elett bl-aktar mod demokratiku Kap tal-PN.

Il-każ li jsir referenza għalih inqala’ peress li Dr Delia ma rċeviex personalment l-avviż għall-ħlas fil-ħin u meta rċevihom għamel il-pagamenti mitluba minnu b’mod immedjat. Huwa għamel il-pagament mitlub ta’ €7,500 fis-17 ta’ Lulju u allura qabel l-20 ta’ Lulju kif mitlub minnu. Il-pagament l-ieħor ta’ €800 sar fis-16 ta’ Lulju.

Dan wara allegazzjonijiet illi saru fil-konfront ta’ Adrian Delia f’bosta stejjer fuq sit ta’ blogger partikolari.