Lokali

ATTENTI: Il-bypass ta’ Ħamrun-Marsa se tingħalaq għat-traffiku

Il-bypass tal-Marsa-Ħamrun se tkun magħluqa s-Sibt u l-Ħadd għal xi sigħat.

Il-bypass li tgħaddi mill-Ħamrun u l-Marsa mhux se tkun aċċessibbli għas-sewwieqa s-Sibt u l-Ħadd filgħaxija b’rabta mal-festa ta’ Santa Venera.

L-għeluq tat-triq se jsir is-Sibt bejn l-10pm u l-11pm filwaqt li l-Ħadd se tkun magħluqa għal sagħtejn u nofs bejn it-8pm u 10.30pm.

Il-karozzi li se jkunu għaddejjin mill-Marsa se jieħdu d-direzzjoni lejn il-pont viċin Quintano Food Products lejn l-underpass li jwassal għal Ħal Qormi u Santa Venera. Minn naħa l-oħra, is-sewwieqa ġejjin mill-Imrieħel se jiddawru mill-underpass lejn Santa Venera u Ħal Qormi.

Fuq il-post se jkun hemm membri tal-pulizija li se jkunu qiegħdin jigwidaw lit-traffiku biex ikun evitat kull tip ta’ konfużjoni.