Lokali

Edward Zammit Lewis jieħu l-ġurament bħala Ministru

Mill-ġdid Ministru. Mill-ġdid fil-Kabinett. Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis uffiċjalment ħa l-ġurament tal-ħatra. Dan hekk kif issa se jibda jservi bhala Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.U

Muscat reġa’ daħħal lil Zammit Lewis fil-kariga wara li ma kienx elett minn żewġ distretti li ħareġ fuqhom fl-aħħar elezzjoni ġenerali … u b’hekk ma kellux għażla oħra ħlief li jibqa’ fil-backbench.

F’kumment li ta lill-ġurnalisti wara ċ-ċerimonja li saret fil-Palazz, il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkonferma li Zammit Lewis se jkollha l-istess l-portafoll bħal ma kellha Helena Dalli. Iżda diġa’ jidher li qed jitqajmu diversi mistoqsijiet u tħassib dwar jekk Zammit Lewis hux il-persuna ideali biex ikun Ministru għall-Ugwaljanza.

Zammit Lewis ħa post Helena Dalli li rrizenjat din il-ġimgħa meta l-Prim Ministru nnominaha għal Kummissarju Ewropew.

Dalli se tkun il-ħames persuna minn pajjiżna li se sservi fil-Kummissjoni wara Joe Borg, John Dalli, Tonio Borg u Karmenu Vella.

Il-Prim Ministru ma kienx f’pożizzjoni jiżvela x’se jkunu r-responsabbiltajiet li se tieħu Helena Dalli bħala Kummissarju, kemm-il darba tkun approvata mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew.