Futbol Sport

Gżira United jiltaqgħu llum kontra Ventspils fil-Latvja

Gżira United se jippruvaw jiksbu riżultat pożittiv ieħor hekk kif jilagħbu f’Riga kontra t-tim mil-Latvja Ventspils. Il-Maroons ġejjin minn kwalifikazzjoni mill-aqwa kontra Hajduk Split, bir-rebħa ta’ 3-1 fil-Kroazja żgur li se tibqa’ tissemma għal ħafna snin.

Aħbar tajba għalihom kienet li l-kowċ Giovanni Tedesco ħalla pajjiżna lejn il-Latvja u wasal filgħodu akkumpanjat mal-President tal-klabb Sharlon Pace. Il-kowċ Taljan kien baqa’ pajjiżna wara li ħassu ma jiflaħx u vjaġġax mal-kumplament tat-tim.

Hu se jkollu l-20 plejer disponibbli u għalhekk jista’ jagħżel l-aqwa 11-il plejer li jaħseb li jista’ jikseb l-aqwa riżultat possibbli. Gżira għażlu li jitħarrġu fil-grawnd ta’ FK Liepaja biex jiffrankaw vjaġġ ta’ sagħtejn lejn Ventspils u jkollhom aktar ħin tal-mistrieħ. Għall-istess raġuni lanqas saret il-konferenza stampa.

Skwadra

Gowlkipers: Jurgen Borg, Justin Haber, Ryoto Yokokawa

Difensuri: Fernando Barbosa, Sacha Borg, Clifford Gatt Baldacchino, Arthur Oyama, Christian Sammut, Jaron Schembri, Rodolfo Soares

Midfielders: Andrew Cohen, Gianmarco Conti, Juan Corbalan, Hamed Kone, Nikolai Muscat, Elvis Sakyi, Zachary Scerri

Attakkanti: Jefferson de Assis, Luca Brincat, Amadou Samb