Wara li l-poplu Malti rreaġixxa b’mod negattiv għall-approvazzjoni tal-proġett Central Link, li permezz tiegħu se jintilfu mijiet ta’ siġar u madwar 50 tomna ta’ art agrikola, mart il-Ministru Carmelo Abela, Melanie Abela, tatha għal fuq il-midja soċjali biex tilmenta li n-nies qed igergru wisq dwar dan.
Minflok jinżammu jew jinżergħu aktar siġar, b’difiża għall-Gvern, Abela ssuġġeriet li n-nies għandhom qabelxejn jiżirgħu u jsaqqu aktar pjanti d-dar biex jagħmlu tajjeb għat-tneħħija tas-siġar.
Aktar minn hekk, hija ssuġġeriet biex in-nies iħallu aktar ħamrija f’darhom flok iwaħħlu aktar madum.
Hi tgħid illi b’dan l-isforz kollettiv, in-nies jistgħu ikunu ta’ kontribut għall-ambjent aħjar.
//= $special ?>