Beji Caid Essebsi, li kien l-ewwel President Tuneżin elett b’sistema ħielsa, miet fl-età ta’ 92 sena. L-aħbar ingħatat sigħat ilu u wara li Essebsi – li kien anki l-aktar President anzjan fid-dinja – iddaħħal l-isptar f’nofs il-ġimgħa, fejn l-uffiċjali ma żvelawx id-dettalji tat-trattament tiegħu.
Fl-2014, Essebsi kien rebaħ l-ewwel elezzjonijiet ħielsa fit-Tuneżija, wara r-rewwixti storiċi tar-Rebbiegħa Għarbija madwar ir-reġjun. Kmieni din is-sena, hu kien ħabbar li ma kellux jikkuntesta fl-elezzjonijiet li mistennija jsiru f’Novembru li ġej fit-Tuneżija.
Intant, Essebsi, ix-xahar li għadda, kien daħal ukoll l-isptar wara li sofra ‘kriżi tas-saħħa serja’. Anki f’dan il-każ ma ngħataw l-ebda dettalji, iżda l-Prim Ministru Tuneżin, Youssef Chahed, kien ħeġġeġ biex in-nies ‘ma jiċċirkolawx l-aħbarijiet foloz dwar il-kundizzjoni tal-President’.
Skont il-kostituzzjoni tat-Tuneżija, Youssef Chahed jista’ jassumi responsabbiltà bħala President tal-pajjiż għal mhux aktar minn 60 jum — inkella saż-żmien meta jkun elett is-suċċessur ta’ Essebsi.
//= $special ?>