Internazzjonali Lokali

Imutu wara li waqa’ ajruplan fi triqtu lejn Malta

Traġedja li ħalliet żewġ Brittaniċi mejta waqt li kienu fi triqthom lejn Malta…

Dan meta l-ajruplan li kienu fuqu iġġarraf waqt li kien qed itir fin-nofsinhar ta’ Franza nhar l-Erbgħa li għadda, f’dak li huma stess kienu qed isejjħulu “il-vjaġġ ta’ ħajjithom”.

Il-pilota, Andrew Buck, ta’ 37 sena kien konfermat li tilef ħajtu flimkien ma’ raġel ieħor ta’ 18-il sena li l-indentità tiegħu għadha mhix magħrufa.

F’intervista esklussiva ma’ Net News… Richard Pike, ħabib ta’ Andrew Buck u d-Direttur ta’ Purple Aviation, il-kumpanija li tagħha kien propjetà l-ajruplan li ġġarraf…jiddeskrivi dak li sehh bhala “tragedja terribbli”.

Richard Pike
Ħabib ta’ Andrew Buck u Direttur ta’ Purple Aviation


“Andrew kien raġel tassew eċċellenti, kien pilota tajjeb u din hi aħbar tassew kerha. Huwa kien persuna tassew sabiħa, kien fl-aqwa ta’ ħajtu. Il-lejl ta’ qabel kellna possibilment l-aqwa jum ta’ ħajjitna. Il-jum qabel il-vjaġġ kien wieħed tal-ġenn u hu kien tassew grat li kien involut fih. Mument tassew kien orribbli.”

Iż-żewġt irġiel kienu parti minn grupp ta’ ajruplani li telqu minn Eshott Airfield, f’Northumberland nhar il-Ħadd li għadda fid-direzzjoni lejn Malta… u sa dak il-ħin tal-inċicent, il-5 ajruplani kienu diġa għamlu 15-il-waqfa differenti bħala parti minn din l-avventura.

L-ajruplani kienu monoplanes zghar; tat-tip li jkollhom skrun wiehed fuq quddiem. Jidher li l-ajruplani kienu ghadhom kif gew restawrati f’dawn l-ahhar xhur.

Net News jista jikkonferma li l-grupp ta’ hbieb li kienu qed itajjru dawn l-ajruplani kienu gejjin Malta ghal btala qasira.


“Bażikament konna qed nippruvaw nispiraw lin-nies jaraw x’inhuma l-avventuri li jistgħu jagħmlu billi jtiru. Aħna nafu li Malta kienet triq twila. Aħna ħsibna biss li se tkun avventura mill-aqwa. L-ajruport kien kuntent li ninżlu hemm u kollox kien sejjer tajjeb ħafna, kien qed ikollna l-aqwa  ħin ta’ ħajjitna. Il-familji tagħna kienu se jtiru biex iżuruna u mbagħad konna se nagħmlu ftit jiem f’Malta biex igawdu l-gżira u mbagħad itiru lura lejn id-dar, dak kien il-pjan.”

Missier il-pilota kiteb fuq Facebook illi kellu “l-aktar aħbar kerha … it-tifel, Andrew Buck, miet f’ajruplan fl-Alpi Franċiżi. Kif se nghix minghajrek? Inhobbok Ibni”

Intant, apparti l-ajruplan li iggarraf, kien hemm ajruplan iehor li wettaq inżul ta’ emerġenza. Richard Pike qalilna li l-pilota ħareġ waħdu mill-ajruplan mingħajr ebda grieħi gravi.

Ħelikopters tas-salvataġġ, ambulanzi, pompieri u pulizija ġew imsejħa fil-post fejn seħħ l-inċident…ghalkemm il-hidma hadet fit-tul minhabba problemi ta’ accessibilta’.

“Aħna tajna lill-awtoritajiet il-kameras u t-tagħmir tal-awdjo kollu tagħna, ovjament konna qed niffilmjaw lilna nfusna biex nuru l-avventura u kollox kien għaddej sew imma issa aħna provdejna l-affarijiet kollha tagħna  lill-awtoritajiet biex juruhom dak li ġara u nippruvaw ngħinuhom. Kien hemm ħafna rappurtar ħażin, ta’ ħabtiet u affarijiet, l-inġenji tal-ajru ma kienu qatt viċin ta’ xulxin, kienu kważi nofs mil bejniethom u kienu assolutament ‘l bod xulxin.”

Il-pulizija lokali issa se tinvestiga biex tiddetermina x’ikkawża din it-traġedja.