Lokali

Jeħel 8 snin ħabs wara li stupra tfajla Taljana f’karozza

Hussein Mohamud, ta’ 32 sena weħel 8 snin ħabs wara li ammetta li f’Marzu 2013 ħataf tfajla Taljana u stupraha.

Xħin kienet fi triqitha lejn il-Belt Valletta, it-tfajla inħatfet minn karozza b’erba’ rġiel ġo fiha. L-irġiel baqgħu sejrin biha lejn Ħal Far.

Ir-raġel ammetta l-akkużi kontrih, li jinkludu ħtif, stupru, vjolenza u serq ta’ mowbajl.