Sport Sport Ieħor

Jurgen Balzan jingħaqad mal-Belġjani Stembert

Il-plejer Malti ta’ 18-il sena Jurgen Balzan se jkompli l-karriera tiegħu fit-table football mat-tim Belġjan Stembert għall-istaġun li ġej. Għal Balzan din se tkun it-tieni esperjenza tiegħu ma’ tim barrani wara li fil-passat kellu esperjenza mat-tim Taljan Black and Blue Pisa.

Balzan ġej minn staġun pożittiv maċ-champions lokali Valletta Subbuteo Club. Hu kien ir-rebbieħ tal-Ewwel Diviżjoni fil-kampjonat Malti u mat-tim Belti rebaħ in-knock-out, il-Grand Prix tal-Ingilterra, il-Grand Prix ta’ Malta u l-International Open ta’ Malta fost l-oħrajn.

Matul l-istaġun li għadda, Balzan rebaħ il-Major ta’ Milan, il-Major ta’ Rochefort, il-Grand Prix tal-Ingilterra u l-Grand Prix ta’ Malta fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena.