Wara li ġie approvat il-proġett tas-Central Link li jolqot direttament b’mod negattiv lin-nies ta’ Ħ’Attard, is-Seraċini ġiethom waħda tajba hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni ta’ pompa tal-petrol b’diversi faċilitajiet magħha fuq art ODZ f’Ħ’Attard.
L-applikazzjoni għall-iżvilupp, PA 07807/16, tirrigwarda l-kostruzzjoni ta’ pompa tal-petrol b’faċilitajiet għall-ħasil tal-karozzi, garaxx għas-servizz tat-tajers, faċilitajiet biex jiċċarġjaw vetturi elettriċi, ATM, ħwienet kummerċjali, uffiċċju, żoni ta’ ħażna taħt l-art u spazju għall-parkeġġ taħt l-art magħha.
Il-proġett kien se jkollu impatt negattiv fuq il-madwar għaliex kien se jwassal għal telf ta’ art agrikola ta’ kwalità tajba u għal telf ta’ siġar indiġeni protetti, biex jakkomoda intrapriża kummerċjali.
//= $special ?>