Is-Soċjetà Maltija għall-Ħarsien tal-Annimali, l-MSPCA, ilha għal dawn l-aħħar 9 xhur imċaħħda mill-Gvern it-tienu siġġu fuq il-Kunsill tal-Ħarsien tal-Annimali.
Dan għad-detriment tal-kollegi fis-Soċjetà, l-annimali u ċ-ċittadini li għandhom għal qalbhom l-annimali. Din hija rappreżentanza statutorja u skont il-liġi u b’hekk, is-Soċjetà ma tistax twassal il-proposti tagħha lill-Ministeru tal-Ambjent għall-konsiderazzjoni.
Il-Ministru Jose Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jidher li għaddew biż-żmien lis-Soċjetà għaliex kontinwament qalulhom li se jindagaw fl-affari iżda qatt ma waslet l-ittra ta’ stedina biex il-membru magħżula b’vot popolari mill-NGOs tingħaqad fil-Kunsill.
Wara proċess ta’ verifikazzjoni, ġie stabbilit kif l-MSPCA kienet konformi mal-liġi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji kif ukoll mal-istandards stabbiliti mir-regolamenti tax-xelters tal-annimali. Għalhekk ilha għal dawn l-aħħar 9 xhur konformi biex tkun fuq dan il-kunsill.
//= $special ?>