Futbol Sport

Man United jirbħu kontra Tottenham fl-International Champions Cup

Manchester United żammew ir-rekord pożittiv fil-pre-season hekk kif għelbu lil Tottenham Hotspurs 2-1 fl-International Champions Cup, f’dik li kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva tagħhom.

Anthony Martial poġġa lil United minn fuq fil-21 minuta b’xutt b’saħħtu fuq l-ewwel lasta li għeleb lil Paolo Gazzaniga. Fl-ewwel taqsima, spikkat id-daħla ta’ Moussa Sissoko fuq Daniel James li qajmet rabja fost il-plejers tar-Red Devils.

Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet għamlu tibdil fit-tim tagħhom, b’Lucas Moura jġib id-draw fil-65 minuta hekk kif Lucas Moura skorja b’xutt fil-baxx li kien imxellef u spiċċa qarraq b’Sergio Romero. Manchester United skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-80 minuta b’azzjoni ta’ Angel Gomes fuq ix-xellug u b’abbiltà u kalma skorja l-gowl tar-rebħa.

Tottenham fadlilhom partita ta’ ħbiberija kontra Inter il-Ħadd 4 ta’ Awwissu, sitt ijiem qabel il-bidu tal-Premier League kontra Aston Villa. Manchester United jilagħbu kontra t-tim Norveġiż Kristiansund BK is-Sibt 3 ta’ Awwissu, qabel jilagħbu kontra Chelsea fil-11 ta’ Awwissu fil-kampjonat Ingliż.