Futbol Sport

Rebħiet f’darhom għal Wolves u Torino fl-Europa League

(Ritratt: Wolves)

Diogo Jota u Ruben Vinagre skorjaw f’kull taqsima hekk kif Wolves immarkaw ir-ritorn tagħhom f’kompetizzjoni Ewropea għall-ewwel darba f’39 sena b’rebħa ta’ 2-0 kontra Crusaders f’Molineux Stadium. L-internazzjonali Portugiż Jota skorja l-ewwel gowl ta’ Wolves fl-Ewropa mill-1980, b’xutt mill-ewwel fis-37 minuta. Fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima kien is-sostitut Ruben Vinagre li ħa vantaġġ minn żball tal-gowlkiper biex irdoppja l-vantaġġ u ta riżultat aktar komdu lit-tim ta’ Nuno Espirito Santo.

Torino wkoll kellhom bidu tajjeb fl-Europa League b’rebħa ta’ 3-0 kontra Debrecen. Andrea Belotti fetaħ l-iskor wara 20 minuta minn penalty, Cristian Ansaldi rdoppja fit-42 minuta bi kross li spiċċa xutt u nganna lil Nagy, biex fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Simone Zaza għamilhom tlieta b’daqqa ta’ ras.

Riżultati kollha

II Rawnd – I Leg

It-Tlieta: Ararat-Armenia v Lincoln 2-0, HB v Linfield 2-2, Shkendija v Dudelange 1-2, Santa Coloma v Astana 0-0, Tre Penne v Suduva 0-5

L-Erbgħa: S. Bratislava v Feronikeli 2-1

Il-Ħamis: Pyunik v Jablonec 2-1, Ventspils v Gżira U. 4-0, Qabala v D. Tbilisi 0-2, AEK Larnaca v L. Sofia 3-0, Partizani v FC Sheriff 0-1, FC Utrecht v Zrinjski 1-1, Chikhura v Aberdeen 1-1, Budapest v U. Craiova 0-0, Alashkert v S. Bucharest 0-3, Arsenal Tula v Neftchi 0-1, Haugesund v Sturm Graz 2-0, Floria Tallinn v E. Frankfurt 1-2, Lechia Gdansk v Brondby 2-1, Mlada Boleslav v Ordabasy 1-1, Molde v Cukaricki 0-0, Shakhtyor v Esbjerg 2-0, Malatyasport v O. Ljubljana 2-2, Connah’s Quay v P. Belgrade 0-1, H. Beer Sheva v Kairat 2-0, L. Plovdiv v S. Trnava  2-0, C. Sofia v Osijek 1-0, Fehervar v FC Vaduz 1-0, Norrkoeping v Liepaja 2-0, Piast Gilwice v Riga 3-2, Luzern v Klaksvik 1-0, Jeunesse Esch v Vitoria 0-1, AZ Alkmaar v Haecken 0-0, A. Thessaloniki v A. Limassol 0-0, D. Streda v Atromitos 1-2, Gent v Vitorul Constanta 6-3, Buducnost v Zorya 1-3, Domzale v Malmo 2-2, Rangers v P. Niederkom 2-0, Strasbourg v M. Haifa 3-1, Wolves v Crusaders 2-0, Espanyol v Stjarnam 4-0, L. Warszawa v KuPS 1-0, Shamrock v Apol. Limassol 2-1, Torino v Debrecen 3-0, Valur v Ludogorets 1-1