Lokali

“Telfa kbira għall-Mediterran”

Fi stqarrija li ħareġ, il-Partit Nazzjonalista jrid jesprimi d-dispjaċir tiegħu u jgħaddi l-kondoljanzi lill-poplu u pajjiż ġar tagħna r-Repubblika tat-Tuneżija. L-aħbar li llum ġie nieqes l-ewwel President elett demokratikament Beji Caid Essebsi hija ta’ swied il-qalb għall-Mediterran kollu.

Huma komplew jisħqu li l-poplu demokratiku Tuneżin tilef persuna li ddedika ħajtu għall-pajjiż, u avukat li serva b’onestà u integrità. Fundatur tal-partit politiku sekulari Nidaa Tounes li ġab stabbiltà paċi u kostituzzjoni moderna wara l-irvellijiet tal-2011. Bniedem li assigura ħidma demokratika b’għaqal u intelliġenza.

L-esperjenza u l-abbilitajiet tiegħu se jinħassu f’dan il-mument importanti fl-istorja tagħna. Ċertament telfa għalina lkoll il-popli u l-pajjiżi fil-Mediterran.