Daniele Di Bona, Taljan ta’ 29 sena ġie rrapurtat nieqes lill-Pulizija.
Huwa għandu xagħru qasir kannella, ta’ statura irqiqa, għajnejh ta’ lewn kannella u għandu tattoo ta’ salib taħt għajnejh ix-xellugija.
Il-Pulizija qed titlob biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha minnufih lil Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
