Lokali

AĠĠORNATA: 67 immigrant ieħor jiddaħħlu Malta, kollha rġiel

Għall-ħabta tal-4.20pm iddaħħlu f’pajjiżna 67 immigrant ieħor – kollha rġiel.

Dan itella’ għal 143, in-numru ta’ immigranti li daħlu fl-aħħar 24 siegħa u għal aktar minn 1,000 it-total li daħlu s’issa din is-sena.

L-immigranti ddaħħlu permezz tal-patrol boat tal-Forzi Armati P23 f’Xatt it-Tiben.

Huma ġew skortati mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.