L-għawwiem Malti Andrew Chetcuti spiċċa t-tieni fil-heats fil-kampjonati dinija tal-għawm li qegħdin isiru fi Gwangju, l-Korea t’Isfel. Chetcuti kien qed jipparteċipa fil-50 metru free-style fil-heat numru tmienja biex ikkwalifika għal heat li jmiss.
Chetcuti ta’ 26 sena kellu wkoll prestazzjoni tajba fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li aktar kmieni din is-sena saru fil-Montenegro meta rebaħ tliet midalji. Huwa kellu ħin ta’ 23.17 u spiċċa 00.13 sek. wara Xander Skinner tan-Namibia.
Fit-tielet post b’00. 20sek. wara Chetcuti spiċċa ċ-Ċiprijott Omiros Zagkas. u r-raba spiċċa Isaac Beita Lasso tal-Panama f’ħin ta’ 23.45 sek. Dan il-kampjonati dinija huma taħt l-awspiċi tal-FINA, l-federazzjoni nternazzjonali tal-għawm.
Andrew Chetcuti għamel is-56 l-aħjar ħin fl-14-il heat li saru, Ħadu sehem b’kollox 135 ġħawwiem f’din il-kategorija, bl-aħjar ħin overall ikun dak tal-Amerikan Caeleb Dressel li għamilha fi 21.49 sek.
//= $special ?>