Victor Caruana, anzjan minn Ħal Luqa, li jista’ jgħodda b’waħda wara li l-Ħadd li għadda kien imtajjar minn karozza waqt li kien qed isuq il-mutur tiegħu… karozza li baqgħet sejra.
Fil-kummenti li ta lil Net News, Victor irrigrazzja lil dawk li għenuh hekk kif kien mitluf minn sensih qabel sab ruħhu l-isptar Mater Dei fejn irċieva l-kura meħtieġa b’mod immedjat.
Victor, li ilu jsuq il-muturi mis-snin 70, kien furtunat li sofra biss ġrieħi ħfief f’dik li setgħet faċilment tkun traġedja oħra fit-toroq Maltin.
Hu kellimna dwar l-importanza tal-helmet… li bla dubju salvatlu ħajtu.
Staqsejna lil Victor jekk sarx jaf x’ġara mill-karozza li tajritu… Hu faħħar ix-xogħol tal-pulizija f’dan ir-rigward.
Iktar ma jmur, it-toroq Maltin iktar qed jitwessgħu u jgħatu spazzju għal iktar karozzi u possibilment iktar sewqan b’veloċità – xi haga li ghas-sewwieqa tal-muturi u tar-roti taf tfisser aktar periklu.
Net News hu nfurmat li fit-triq fejn sar dan l-inċident ġew kemm il-darba proposti tibdil fis-sinjali tat-toroq; proposti li ilhom fuq il-mejda tal-Kunsill Lokali għal dawn l-aħħar 5 snin.


Ritratt: Matthew Tabone