BIRŻEBBUĠA FREEPORT………….. 18 TA’ XBIEX AMIGOS………………… 14
(6-2), (4-3), (6-5), (2-4)
Birżebbuġa Freeport reġgħu telgħu momentarjament waħedhom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni. Ir-rebħa ta’ 18-14 kontra Ta’ Xbiex Amigos waslet wara li kellhom l-ewwel sessjoni pożittiva li fiha fetħu vantaġġ ta’ 6-2. Minn hemm Ta’ Xbiex pruvaw jirkupraw, iżda meta bdew joqorbu, Birżebbuġa bdew isibu l-bilanċ neċessarju biex iżommu l-vantaġġ.
Nenad Kacar kien poġġa lil Ta’ Xbiex minn fuq minn penalty, iżda fl-aħħar erba’ minuti tas-sessjoni, Birżebbuġa skorjaw sitt gowls konsekuttivi li bihom setgħu jikkontrollaw il-konfront.
Sal-ewwel parti tat-tieni sessjoni, Birżebbuġa kellhom vantaġġ ta’ 8-2 iżda permezz ta’ Kacar, Nico Schiavone u Niccolo Gitto, Ta’ Xbiex daħlu fil-logħba meta kien fadal żewġ minuti għat-tmiem tas-sessjoni, Birżebbuġa skorjaw darbtejn mill-veterani David Cutajar u David Pace Lupi biex daħlu jistrieħu 10-5.
Fi tliet okkażjonijiet fit-tielet sessjoni, Ta’ Xbiex wieġbu għall-gowls tal-avversarji u anki naqqsu d-distakk għal 13-9. Madankollu Birżebbuġa għalqu l-logħba bi tliet gowls konsekuttivi minn Jake Bajada, Antun Goreta u Neil Cassar, b’Keith Tanti jnaqqas id-distakk lejn it-tmiem.
Fl-aħħar sessjoni spikka Nenad Kacar li skorja tripletta hekk kif Ta’ Xbiex tal-anqas naqqsu d-distakk hekk kif ma kienx biżżejjed biex isalvaw il-logħba.
Birżebbuġa: D. Spiteri, M. Borg, N. Cassar (1), D. Pace Lupi (2), C. Mifsud, A. Petkovic (4), S. Vassallo (1), D. Cutajar (3), J. Bajada (2), M. Cutajar, A. Goreta (2), M. Ortoleva (3), J. Cremona
Ta’ Xbiex: Z. Sciberras, R. Greco, M. Demarco, N. Schiavone (1), M. Carani, S. Azzopardi, D. Fenech, N. Saliba, N. Kacar (6), G. Sammut (2), K. Tanti (2), N. Gitto (3), A. Theuma
Referees: Ronnie Spiteri, Fabio Ricciotti
//= $special ?>