Ambjent Lokali

Evarist Bartolo irid aktar siġar!

Hekk kif il-Gvern donnu imbarka fuq kruċjata biex jeqred is-siġar sabiex jagħmel spazju għall-bini tat-toroq, il-Ministru Evarist Bartolo dalgħodu ħareġ jgħid li hemm bżonn “aktar siġar, pjanti u fjuri”.

Fuq Facebook, il-Ministru Bartolo stqarr li “aktar ma nsiru ambjent mibni urban, aktar hemm bzonn ta’ sigar, pjanti u fjuri”.

Iżda dan il-post mal-ewwel ġibed lejh mewġa ta’ kritika lejn il-Gvern. Ħafna qalu li Evarist Bartolo hemm bżonn iwassal dan il-messaġġ lill-Kabinett li jifforma parti minnu.