Futbol Sport

FILMAT: Özil u Kolasinac fil-mira ta’ ħallelin

(Ritratt: Sky Sports)

Iż-żewġ plejers ta’ Arsenal Mesut Özil u Sead Kolasinac ma weġġgħux wara li kienu għoddhom insterqu f’Londra. Filmat li ċċirkulaw fil-media soċjali urew liż-żewġ plejers f’argument ma’ suspettati li kienu fuq mutur b’sikkina.

Arsenal ikkonfermaw li Kolasinac li kien passiġġieri u Özil li kien is-sewwieq, kienu nvoluti f’inċident u ma weġġgħux. Il-klabb qed jitratta din bħala kwistjoni privata, bil-Gunners jgħidu li dan ma jħalli l-ebda effett fuq it-taħriġ tal-pre-season. L-inċident seħħ ftit qabel is-6.00pm, bil-filmati juru lil Kolasinac jipprova jiġġieled lill-ħallelin.

Tags