Kultura Lokali

Imut Zep Camilleri, ġenju tal-palk u Edukatur

Tħabbret il-mewt ta’ Zep Camilleri, magħruf għas-sehem tiegħu fuq il-palk u fid-drama Maltija. Hu miet fl-età ta’ 64 sena, li għadda ħafna minnhom jirreċta u anke bħala direttur tad-drama.

Appena ħarġet l-aħbar, għadd ta’ personalitajiet lokali sellmu lil Zep, fost l-oħrajn għall-mod kif għallimhom itejbu l-ħiliet tagħhom fuq il-palk. Bil-mod kif għallem, hu kien meqjus bħala ħabib u li dak kollu li kien jaf, kien jgħaddih lil ħaddieħor.

Anke bħala Edukatur ta’ esperjenza twila, id-dinja artistika u l-edukazzjoni f’Malta tilfu wieħed mill-pilastri. Dan anke minħabba sehemu biex tingħata l-ħajja lill-Malta Visual and Performing Arts School.