It-tim nazzjonali Malti tal-hockey ħalla pajjiżna fi triqtu lejn Ġibiltà biex jipparteċipa fil-Kampjonat EuroHockey III bejn is-Sibt u t-3 ta’ Awwissu. Malta tinsab fi Grupp B flimkien mal-Portugall, is-Slovakkja u l-Kroazja filwaqt li Grupp A jikkonsisti mit-Turkija, l-Iżvizzera, il-Litwanja u Ġibiltà. Minbarra t-tliet logħbiet tal-grupp, it-tim Malti jilgħab żewġ logħbiet oħra ta’ klassifikazzjoni fit-2 u t-3 ta’ Awwissu.
Il-kontinġent Malti jinsab immexxi mill-President tal-Hockey Association Malta Gordon Mifsud. It-tim hu mmexxi mill-kowċ nazzjonali Andre Ghio flimkien mal-assistenti tiegħu Chris Attard u Luke Mallia. Preżenti wkoll it-Team Manager Shawn Falzon u l-umpire Nathan Galea.
Il-President tal-HAM Gordon Mifsud qal li jinsab kunfidenti li l-plejers se jqumu għall-okkażjoni, anki jekk l-isfida għalihom hi iebsa. Mifsud żied li fl-aħħar ġimgħat ta’ taħriġ, il-plejers tefgħu fil-ġenb ir-rivalità lokali u ngħaqdu f’tim wieħed biex jonoraw lil Malta.
Skwadra finali
Shamison Mifsud, Emile Borg, Luke Brincat, Juan Sarcia, Steve Portelli, Edward Hughes, Joseph Cuschieri, Andrea Curmi, Silas Plaehn, Shaun Grima, Keith Calleja, Ryan Dalli, Zachary De Giovanni, Keith Bajada, Thomas De Giovanni, Christ Agius, Luke Bajada, Jonathan Borg
L-impenji tat-tim Malti fi Grupp B
Il-Ħadd 28 ta’ Lulju:Portugall v Malta 11.15am
It-Tnejn 29 ta’ Lulju: Malta v Slovakkja 3.45pm
L-Erbgħa 31 ta’ Lulju: Malta v Kroazja 11.15am
//= $special ?>