Lokali

Kjarifika mill-Pulizija: is-suspettat li qed jinżamm bħalissa, qatt ma kien avviċinat qabel

Is-suspettat miżmum b’rabta mas-sejba tal-fdalijiet ta’ katavru, x’aktarx ta’ Charlene Farrugia, qatt ma kien avviċinat qabel mill-Pulizija.

Dan tħabbar fi stqarrija tal-Pulizija b’riferenza għal ċertu rapporti li qalu li s-suspettat li bħalissa qed jinżamm mill-Pulizija kien diġa’ mitkellem mill-Pulizija meta t-tfajla kienet rappurtata nieqsa lura fl-2008. Fl-istqarrija ġie spjegat li huwa minnu li qed tinżamm persuna arrestata b’rabta mal-investigazzjoni iżda l-isem huwa kompletament ġdid.

Dan kollu wara li ftit tal-jiem ilu nstabu fdalijiet ta’ katavru fis-sur taħt Bieb il-Belt – suspettati li huma ta’ tfajla minn San Pawl il-Baħar li 11-il sena ilu ġiet irrapportata nieqsa.