Lokali Parlament

L-impjiegi ta’ deputati mal-Gvern imorru kontra l-Kostituzzjoni

  • Il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler

F’laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandrds fil-Ħajja Pubblika, il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler sostna li l-impjiegi ta’ deputati mal-Gvern imorru kontra l-Kostituzzjoni.

Il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ltaqa’ biex iddiskuta r-rapport tal-Kummissarju Hzyler f’laqgħa preseduta mill-Ispeaker Anġlu Farrugia. Il-gvern kien rappreżentat mill-Whip Laburista Byron Camilleri u l-Ministru Edward Zammit Lewis waqt d-deputati Simon Busuttil u Carm Mifsud Bonnici rrappreżentaw lill-Oppożizzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li kull membru tal-Kumitat għandu jiddikjara jekk hux deputat li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji msemmija mill-Kummissarju li għamel ir-rapport fosthom dwar konflitt ta’ interess. Hu qal li minħabba li hu ministu, il-Ministru Zammit Lewis issa ma jaqax taħt ir-rapport u għalhekk m’għandu xejn xi jgħid.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li hu jitkellem f’isem il-Grupp Parlamentari Laburista u kompla li din mhix kwistjoni ta’ konflitt ta’ interess.

Il-Kummissarju George Hyzler qal li r-rapport hu dawru dwar standards b’mod ġenerali u għalhekk ma ħax il-forma ta’ investigazzjoni dwar individwi.

Mistoqsi mill-Ispeaker Anglu Farrugia dwar jekk kienx hemm xi individwi li kisru l-istandards, il-Kummissarju George Hyzler wieħed fin-negattiv iżda hemm numru ta’ ċirkostanzi li qed iqajmu kwistjonijiet serji. Hi l-intenzjoni tiegħi li nerġa’ nikkunsidra l-pożizzjoni fil-kuntest tal-azzjonijiet jew nuqqasijiet ta’ azzjonijiet li kellhom jittieħdu, qal George Hyzler. Hu qal li r-rapport hu wieħed fuq il-prinċipji u mhux fuq invidividwi. Din is-sitwazzjoni ta’ inkarigi tagħti lok għal tħassib, sostna l-Kummissarju George Hyzler.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil ppropona li l-Kummissarju għandu jagħmel il-preżentazzjoni u sostna li fl-opinjoni tiegħu kien hemm ksur ta’ etika.

Il-Kummssarju Hyzler qal li hu ikkummenta fuq is-sistema u ma speċifika l-ebda individwu.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia staqsa jekk ir-rapport jispeċifikax kienx hemm ksur tal-liġi dwar kif sar l-affarijiet fl-aħħar 25 sena

Il-Kummissarju Hyzler wieġeb li d-deputati li m’humiex ministri u segretarji parlamentari m’għandhomx ikunu impjegati tal-gvern. Għalhekk kull min hu f’din il-pożizzjoni qed jaċċetta inkargi li jmur kontra l-prinċipji tal-Kostituzzjoni, sostna George Hyzler, li qal li jrid jagħti opportunità lill-parlament biex jirrivedi l-pożizzjoni.

Mistoqsi jekk kien qed jgħid li hemm ksur tal-Kostituzzjoni, George Hyzler qal li dak li l-opinjoni tiegħu tinsab fir-rapport. Hu qal li fl-opinjoni tiegħu hemm ksur tal-kundizzjonijiet iżda hu għad irid ikompli r-rapport.

Il-Whip Laburista Byron Camilleri qal li l-Prim Ministru diġà talab lill-Kap taċ-Ċivil biex jara u jistudja r-rapport. Dan il-proċess għadu għaddej għaliex ir-rapport hu voluminuż. Hu qal li l-Grupp Parlamentari Labruista qed jistudja r-rapport u sostna li l-Kumitat m’għandux poter jiddeċiedi fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Għalhekk id-diksussjoni fil-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika hi inutli għaliex ma jista’ jiddeċiedi xejn. Għalhekk wara l-konklużjonijiet din id-diskussjoni għandha tingħalaq.

Id-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici qal li l-Kumitat għandu opportunità għal diskussjoni u li jkun żball li jingħalaq il-bieb għad-diskussjonijiet għaliex din tgħin biex tinstab soluzzjoni fuq il-problema li issa ilha fil-pajjiż u li għandha tingħalaq b’mod intelliġenti.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li l-Gvern irid iż-żmien biex ikun hemm rapport ta’ kritika u li biex titjieb is-sistema trid issir kritika teknika.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li r-rapport hu impekkabbli u jagħti niffs id-demokrazija fil-pajjiż. Ir-rapport jgħid li ingaġġ tad-deputati mal-gvern x’aktarx huma f’sitwazzjoni ta’ konflitt jew ksur tad-dmirjijiet etiċi.

Dan jirrifletti l-ispirtu tar-rapport fejn il-Kummissarju Hyzler espriema dubji, sostna Simon Busuttil, li kompla li s-sistema issa ġiet ġeneralizzata b’mod sfaċċat għalkemm anki fi żmien Gvern Nazzjonalista kienet użata. Il-konklużjonijiet tar-rapport huma gravi u jispeċifikaw li s-sistema tmur kontra l-kostituzzjoni, sostna Simon Busuttil, li kompa l-Kumitat għandu jeżamina kull rapport li jirċievi mingħand il-Kummissarju u għandu dmir jdidiskutieh.

Simon Busuttil kompla li dan hu rapport li għandu jkun diskuss fit-tul biex fl-aħħar il-Kumitat irid jddeċiedi jekk jagħmilx tiegħu l-konklużjonijiet tal-Kummissarju.

Il-Whip Laburista Byron Camilleri qal li l-Kumitat m’għandux saħħa legali jekk jibdilx l-affarijiet jew le u għalhekk il-Kumitat għandu jistenna r-rapport ta’ analiżi biex wara jsiru d-diskussjonijiet bejn Gvern u Oppożizzjoni.

L-Ispeaker qabel li r-rapport hu wieħed ta’ importanza kbira u espriema opinjoni pożittiva li l-gvern se jikkunsidra r-rapport. Dwar il-punt legali hu qal li ma jsib l-ebda problema li r-rapport jkun għall-konsum tal-Gvern u l-Oppożizzjoni. Il-Kumitat għandu jagħmel ir-rapport tiegħu iżda la hemm il-pożizzjonijiet tal-Gvern u l-Oppożizzjoni allura għandha ssir seduta tal-Kumitat fejn tingħatat l-ewwel reazzjoni, sostna l-Ispeaker.

Simon Busuttil staqsa jekk il-Kummissarju għandux jagħti preżentazzjoni preliminari dwar ir-rapport f’din l-ewwel laqgħa.

Il-Kummssarju Hyzler qal li teżisti preokuzzjoni dwar il-ħlas lid-deputati; din hi materja politika taħraq. Hu kompla li hu jifhem li l-Prim Ministru jindirizza din il-problema billi jimpjega lid-depuati iżda dan mhux korrett għaliex hu mod żbaljat kif tissolva l-problema.

George Hyzler issuġġerixxa li d-deputati jkollhom l-għażla jekk ikunu full-timers jew part-timers għaliex forsi din tista’ ssolvi l-problema tal-ħlas tad-deputati. Qisu hu aċċettat li d-deputati m’humiex imħallsin adegwatament għar-responsabbiltajiet tagħhom u għalhekk jekk id-deputati jingħata l-opportunità li jkunu full-timers u jitħallsu kif suppost, ikun hemm inqas pressjoni fuq il-gvern biex jinpjega lill-istess dpeutati.

Illum il-parlament jirrikjedi iktar għajnuna lid-deputati u iktar professjonalità. Hawn kategoriji ta’ nies li jixtiequ jgħaddu ħajjithom fil-politika professjonali iżda ma jistgħux jagħmlu dan minħabba l-paga baxxa. Il-parlament m’għandux jitlef lid-deputati li ma jixtiequ ikunu full-timers. Ma naħsibx li idea tajba li d-deputati jkunu kollha full-timers biex ikunu attirati politiċi mill-isfera kollha tas-soċjetà, qal il-Kummissarju George Hyzler.

L-Ispeaker aġġorna l-Kumitat għal data li titħabbar iktar tard.