Internazzjonali Lokali

BIL-FILMAT – Lewis Stubbs hu ż-żagħżugħ li tilef ħajtu fi triqtu lejn Malta

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena li tilef ħajtu fit-traġedja li ħalliet żewġ Brittaniċi mejta waqt li kienu fi triqthom lejn Malta ġie identifikat bħala Lewis Stubbs.

Dan meta l-ajruplan misjuq minn Andrew Buck, li fuqu Stubbs kien passiġġier, iġġarraf waqt li kien qed itir fin-nofsinhar ta’ Franza nhar l-Erbgħa li għadda, f’dak li huma kienu qed isejjħulu “il-vjaġġ ta’ ħajjithom”.

Filfatt l-aħħar post ta’ Stubbs fuq Facebook kienet ġurnata qabel l-inċident…filmat tiegħu fl-ajruplan, li huwa l-istess wiehed li spiċċa biex ħadlu ħajtu ġurnata wara.

Apparti lista shiha ta’ messaġġi minn sħabu, l-iskola fejn kien imur Stubbs sellmet il-memorja tiegħu, u qalet li huma jinsabu dispjaċuti ħafna bl-aħbarta l-mewt tal-ta’ Lewis, li kien membru maħbub ħafna tal-komunità tal-iskola. “Il-ħsibijiet u t-talb tagħna huma mal-familja tiegħu f’dan il-ħin diffiċli”

“Lewis miet jagħmel xi ħaġa li kien iħobb, u kien biċ-ċar li wettaq il-ħolm tiegħu” – temmet tgħid l-iskola ta’ Stubbs.

Sħabu ddeskrivewħ bħala persuna ferriħija u b’personalità mill-aqwa…dejjem bi tbissima.

Il-pilota l-iehor, Andrew Buck, ta’ 37 sena kien konfermat li tilef ħajtu ftit tal-hin biss wara l-inċident.

Il-Pilota Andrew Buck

F’intervista esklussiva ma’ Net News… Richard Pike, ħabib ta’ Andrew Buck u d-Direttur ta’ Purple Aviation, il-kumpanija li tagħha kien propjetà l-ajruplan li ġġarraf…jiddeskrivi dak li sehh bhala “tragedja terribbli”.

Richard Pike

“Andrew kien raġel tassew eċċellenti, kien pilota tajjeb u din hi aħbar tassew kerha. Huwa kien persuna tassew sabiħa, kien fl-aqwa ta’ ħajtu. Il-lejl ta’ qabel kellna possibilment l-aqwa jum ta’ ħajjitna. Il-jum qabel il-vjaġġ kien wieħed tal-ġenn u hu kien tassew grat li kien involut fih. Mument tassew kien orribbli.”

Wara din it-traġedja, oħt Andrew Buck, Lisa Crowe li tgħix il-Kanada, nediet paġna biex tiġbor il-flus bil-għan li l-katavru ta’ ħuhha jittieħed lura lejn il-Gran Brittanja. Dan f’tentattiv biex tnaqqas il-piż finanzjarju minn fuq il-ġenituri.

Iż-żewġt irġiel kienu parti minn grupp ta’ ajruplani li telqu minn Eshott Airfield, f’Northumberland nhar il-Ħadd li għadda fid-direzzjoni lejn Malta… u sa dak il-ħin tal-inċicent, il-5 ajruplani kienu diġa għamlu 15-il-waqfa differenti bħala parti minn din l-avventura.

Intant, apparti l-ajruplan li iggarraf, kien hemm ajruplan iehor li wettaq inżul ta’ emerġenza. Richard Pike qalilna li l-pilota ħareġ waħdu mill-ajruplan mingħajr ebda grieħi gravi.

Il-pulizija lokali issa se tinvestiga biex tiddetermina x’ikkawża din it-traġedja.