Sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda, il-Gvern kellu deficit ta’ €156.2 miljun. Dan kien konfermat minn ċifri tal-NSO li ħarġu dalgħodu.
L-istatistika turi li fl-ewwel sitt xhur tas-sena splodiet in-nefqa tal-Gvern. Fil-fatt, meta wieħed iqabbel ma’ Jannar-Ġunju 2018 in-nefqa pubblika żdiedet bi 13.7 fil-mija.
F’dan il-perijodu kien hemm żieda ta’ €21 miljun fl-ispejjes ta’ entitajiet pubbliċi.
Iċ-ċifri juru wkoll li d-dejn tal-Gvern qabeż sew il-€5,400 miljun.
