Lokali Qorti

Montenegrin jeħel sena ħabs sospiża dwar inċident f’Kemmuna

Raġel ta’ 22 sena mill-Montenegro imma residenti ż-Żebbuġ, Għawdex ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal sentejn wara li wieġeb ħati li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq raġel ta’ 45 sena.

L-inċident seħħ fl-24 ta lulju ta’ din is-sena fil-bajja ta’ Santa Marija , f’Kemmuna u jidher li l-Montenegrin ma kellux intenzjoni li jqiegħed il-ħajja tar-raġel f’periklu jew li joqtlu.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Coppi fil-Qorti t’Għawdex u r-raġel instab ukoll ħati li kiser il-bon ordni u l-kwiet pubbliku bl=apir tiegħu.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.