NEPTUNES LEO VEGAS…………… 19 MARSAXLOKK BROWN’S………… 13
(8-0), (3-7), (4-1), (4-5)
Neptunes Leo Vegas ftit sabu diffikultà biex kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kollha. Speċjalment wara l-prestazzjoni kontra Sirens, kien mistenni ħafna aktar minn Marsaxlokk, minħabba li bil-prestazzjoni tagħhom għollew il-livell tagħhom stess.
Neptunes dehru li qatlu lill-avversarji mill-ewwel sessjoni u ddominaw hekk kif il-gowlkiper tagħhom Alan Borg Cole ftit kellu x’jagħmel. Huma rebħu s-sessjoni 8-0 bi tripletta ta’ Stevie Camilleri u doppjetta bikrija ta’ Jeremy Abela jispikkaw.
Wieħed stenna reazzjoni minn Marsaxlokk wara ftuħ diżastruż. Ir-risposta ta’ Marsaxlokk waslet u kif hekk kif naqqsu d-distakk bin-nofs, b’Ivan Nagaev jiskorja tripletta. Neptunes fuq in-naħa l-oħra naqqsu l-intensità li kellhom u ppermettew lil Marsaxlokk ikollhom aktar ftuħ.
Fit-tielet sessjoni huma reġgħu għollew il-livell tagħhom u kkontrollaw mingħajr diffikultà b’erba’ gowls konsekuttivi minn Jordan Camilleri, Darko Brguljan, Petar Muslim u Stevie Camilleri, b’Marsaxlokk jiskorjaw biss minn penalty ta’ Ivan Nagaev.
Fl-aħħar sessjoni, Marsaxlokk kellhom l-opportunità li jagħmlu l-iskor ftit rispettabbli b’żewġ doppjetti ta’ Vlahovic u Nagaev u gowl ta’ Stephen Micallef, b’Neptunes jikkontrollaw mingħajr diffikultà minħabba d-distakk komdu li kellhom.
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, G. Pace, P. Muslim (2), D. Brguljan (4), S. Camilleri (5), J. Camilleri (1), J. Abela (4), N. Zammit (1), J. Muscat, M. Azzopardi (2), B. Busuttil, S. Busuttil, J. Farrugia
Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, L. Calleja, M. Cacici, T. Agius (1), J. Galea (1), A. Vlahovic (3), I. Nagaev (6), S. Micallef (1), R. Scerri (1), M. Pace, L. Saliba, F. Buhagiar, M. Martellacci, K. Galea
Referees: Massimo Angileri, Raffaele Colombo
//= $special ?>