Lokali Qorti

Sewwieq ta’ trakk ġie ordnat iħallas €90,000 f’danni lil sewwieq ta’ mutur

Sewwieq ta’ trakk ġie ordnat iħallas €90,000 f’danni lil sewwieq ta’ mutur li kien sfa vittma ta’ inċident tat-traffiku fil-Ġżira lura fl-2012.

Kawża ta’ dan l-inċident, il-vittma, Adrian Galea għamel sensiela ta’ operazzjonijiet f’saqajh u għadu ma jistax jimxi sew anke jekk soffra l-ġrieħi seba’ snin ilu… Filfatt Galea kien ċertifikat li sofra 30% diżabiltà permanenti.

L-Imħallef Lawrence Mintoff ordna kumpens ta’ €91,580 li David Balzan se jħallas lil Galea għaliex l-Qorti ddikjarat li dan l-inċident wasal minn traskuraġni tas-sewwieq tat-trakk.

Il-Qorti qieset fost oħrajn li kawża tal-inċident il-karriera ta’ Galea fl-armata kienet affettwata għax ma setax jingħata promozzjonijiet. Dan wassal biex hu tilef bosta opportunitajiet u b’hekk anke telf finanzjarju sostanzjali.